Level 657
rating: +2+x
IMG-2106.jpg

Il-karrettun iħares lejn l-orizzont, ħosbien. Jaħseb. U jaħseb.

Kienet ġurnata msaħħba u mċajpra
Mara dgħajfa kienet qiegħda timxi
Minn ġol-parkeġġ, fejn xejn ma jagħmel ħoss
U f'daqqa waħda, waqgħet minn ġo l-art

Il-karrettun tagħha kien waqa' wkoll
Għaffeġ il-partijiet żgħar ta' ġisimha
Amalgamazzjoni ta partijiet mimlijin dmija
Imma wara ftit waslet qalb itħabbat

“Ħadd biex jużani”
“Kif wieħed wasal biex jitlifni?”

Ħadd mhu se jiġi biex jimbuttani l-bogħod?
Jimlini bit-tama għal ġurnata oħra
Jagħti bis-sieq u jilfes fuq din il-gaġġa
Ta' din il-qalb imkissra u mfarrka?

Mhux se teħodni f'idejk?
Twiegħedni li mhux se tħallini nweġġgħa
Għala kulħadd għandu jkun daqshekk il-bogħod?
Issa fuq gżira żgħira jgħix biss karrettun tax-xiri
Waħdu
Karrettun tax-xiri
Waħdu

Issa s-sema, lewnha fl-ikħal
L-ebda sinjal tal-Ġenna ma jidher li wasal
Ir-roti fuq ġismi, huma bdew jissaddu
U ma nistax inġib lili nnifsi biex nimxi

“Ma jimpurtanix jekk inti trid tabbużani”
“Kemm twiegħedni li mhux se titlifni”

Ma tistax tismagħni ngħajjat?
Kemm nixtieqek tiġi u tkissirni
Kieku biss kont miegħek bħalissa
Ninjura l-qasmiet u ċ-ċikatriċi

Mhux se teħodni f'idejk?
Twiegħedni li mhux se tħallini nweġġgħa
Għala kulħadd għandu jkun daqshekk il-bogħod?
Issa fuq gżira żgħira jgħix biss karrettun tax-xiri
Waħdu
Karrettun tax-xiri
Waħdu

Għala jarawni biss, meta jkollhom bżonni?
Kull ma jagħmlu hu li jieħdu kollox, ikunu xħaħ
Issa l-ħaxix ħażin fil-ġnien, qed jikber fuqhi.
L-orizzont u s-sema' blu —
Il-ħsibijiet tiegħi fuqhek
Ikunu l-aħħar ħaġa li nara

Xi ħadd, jekk jogħġobkhom… tħallunix waħdi
M'hemm imkien aktar għalija biex immur u nimraħ
Il-gabuba tiegħi vojta, jekk jogħġbok ħudni d-dar
Alla, int fejn int:

Mhux se teħodni f'idejk?
Twiegħedni li mhux se tħallini nweġġgħa
Għala kulħadd għandu jkun daqshekk il-bogħod?
Issa fuq gżira żgħira jgħix biss karrettun tax-xiri
Waħdu
Karrettun tax-xiri
Waħdu

Unless otherwise stated, the content of this page is licensed under Creative Commons Attribution-ShareAlike 3.0 License